Merħba f'din l-ewwel sezzjoni tal-pjattaforma EVA. Hawnhekk inti ser tkun mistoqsi l-ewwel serje ta' mistoqsijiet biex tiskopri x'inhuma l-abbiltajiet tiegħek biex issir intraprenditur u sabiex turik liema oqsma li minnhom tista' tibbenefika jekk tiżviluppahom.
Għaddi t-testijiet u l-mistoqsijiet u wieġeb mill-aħjar li tista'. Aħna nirrakkomandaw li inti tkun ikkunsidrajt liema tip ta' intraprenditur trid issir, u f'liema qasam tan-negozju inti trid tidħol, qabel ma tibda t-test.
Meta imbagħad inti twieġeb il-mistoqsijiet, trid iżżomm dan f'moħħok u twieġeb kif jixraq.
Din il-valutazzjoni fiha mistoqsijiet rigward l-attitudni tiegħek, l-esperjenza tiegħek u l-personalità tiegħek. Dan kollu jispiċċa f'sommarju tar-riżultati tiegħek, fejn inti tikseb xi rakkomandazzjonijiet dwar kif inti tista' ttejjeb il-kompetenzi tiegħek.
Hu pjaċir bl-iskoperta tal-ħiliet intraprenditorjali tiegħek!
Dawn il-mistoqsijiet jikkunsidraw kif inti taħsibha dwar l-intraprenditorija.
Jekk jogħġbok wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin b'onestà u intuwizzjoni kemm huwa possibbli.
Agħżel t-tweġiba li taqbel mal-opinjoni tiegħek.
Ma naqbilx ħafna | Ma naqbilx | Naqbel xi ftit | Naqbel | Naqbel ħafna | |
Jien lest naħdem regolarment 50 siegħa jew aktar fil-ġimgħa. | |||||
Il-familja tiegħi ser tappoġġja x-xewqa tiegħi li nibda negozju. | |||||
Jien lest li naċċetta kemm riskji finanzjarji kif ukoll relatati max-xogħol meta jkiun neċessarju. | |||||
Jien ma neħtieġx il-fringe benefits kollha pprovduti ma' impjieg regolari (peż. kontribuzzjonijiet għall-pensjoni , btajjel imħallsa). | |||||
Jien lest nieħu responsabbiltà sħiħa għas-suċċessi u/jew fallimenti tan-negozju tiegħi. | |||||
Jien probabbilment ser naqla' aktar jekk nibda negozju tiegħi. | |||||
Jien inħoss sens ta' kburija meta ntemm biċċa xogħol b'suċċess. | |||||
Jien nista' nżomm livell għoli ta' enerġija għal żmien twil. | |||||
Jien nieħu pjaċir li jkolli kontroll fuq il-bċejjeċ ta' xogħol tiegħi u deċiżjonijiet li jolqtu x-xogħol tiegħi. | |||||
Jiena nemmen li jien responsabbli għas-suċċessi u l-fallimenti tiegħi. |
Kompli wieġeb il-mistoqsijiet dwar kif taħsibha dwar l-intraprenditorija.
Ma naqbilx ħafna | Ma naqbilx | Naqbel ftit | Naqbel | Naqbel ħafna | |
Għandi xewqa kbira li nikseb riżultati pożittivi anke jekk ikunu jeħtieġu aktar sforzi. | |||||
Għandi għarfien biżżejjed dwar kif jitmexxa negozju. | |||||
Nista' naġixxi f'sitwazzjonijiet, anke fejn l-affarijiet jinbidlu malajr. | |||||
Wieħed jew iż-żewġ ġenituri tiegħi kienu intraprendituri. | |||||
Nemmen li għandi abbiltajiet u ħiliet aktar minn oħrajn li ħdimt magħhom. | |||||
In-nies jafdawni u jarawni bħala persuna onest u affidabbli. | |||||
Dejjem nipprova nlesti kull biċċa xogħol li nibda, ikunu x'ikunu l-ostakoli ui diffikultajiet li nista' niltaqa' magħhom. | |||||
Lest li nagħmel xi ħaġa anke jekk persuni oħrajn jiddieħku biha jew jikkritikawni għax nagħmilha. | |||||
Naf nieħu deċiżjonijiet malajr. | |||||
Għandi netwerk tajjeb ta' ħbieb, professjonsiti u nies fin-negozju li naf. |
Inti għandek abbiltajiet mill-aqwa biex tkun intraprenditur
Inti għandek abbiltajiet sodsfaċenti biex tkun intraprenditur
Xogħol għal rasek/intraprenditorija jistgħu ma jkunux il-karriera xierqa għalik.
Probabbilment inti għandek tevita l-intraprenditorija.
It-tweġibiet tiegħek ma jindikawx li l-intraprenditorija hija triq tajba għalik. Nirrakkomandawlek li inti taħsibha mill-ġdid dwar l-għażla tiegħek u, jekk huwa possibbli, nissuġġerixxu intervista ma' assessur li jista' jgħinek.
Source: Women’s Initiative for Self-Employment (WISE), see http://www.womenofwise.org
Għal aktar informazzjoni dwar il-kategoriji individwali, jekk jogħġbok mur fil-websajt jew iddawnlowdja il-pdf:
http://eva-project.eu/hidden-files/ (għal websajt)
http://eva-project.eu/wp-content/uploads/2017/07/EVA_Characteristics-of-an-Entrepreneur.pdf (dawnlowd tal-pdf)
|
Agrikultura, Forestrija u Sajd (Tkabbir tal-uċuħ tar-raba', trobbija tal-annimali., sajd, eċċ.) | |
|
Manifattura (it-tipi ta' produzzjoni kollha) | |
|
Kostruzzjoni (Bini, mastrudaxxa, tiżbiegħ, elettriku, eċċ.) | |
|
Negozju bl-Ingrossa u bl-Imnut; Tiswija ta' Vetturi bil-Mutur u Motoċikli (it-tipi kollha ta' attivitajiet ta' bejgħ ta' prodotti, peż. ħwienet, fornitur ta' prodotti, bejgħ u tiswija ta' vetturi bil-mutur, eċċ.) | |
|
Trasport u Ħażna (trasport ta' oġġetti, trasport ta' passiġġieri, servizzi ta' ħażna, eċċ.) | |
|
Akkomodazzjoni u Attivitajiet ta' Servizzi tal-Ikel (Lukandi, akkomodazzjoni oħra, ristoranti, catering, eċċ.) | |
|
Informazzjoni u Komunikazzjoni (Servizzi tal-IT, publikazzjoni, produzzjoni bl-istampa u bil-ħoss, eċċ.) | |
|
Attivitajiet Professjonali, Xjentifiċi u Tekniċi (servizzi ta' kontabilità, konsulenza tan-negozju, inġinerija, reklamar, eċċ.) | |
|
Edukazzjoni (sports, skola tas-sewqan, attivitajiet ta' kors, eċċ.) | |
|
Servizzi Amministrattivi u ta' Appoġġ (Attivitajiet tal-Kera, tindif, sigurezza, eċċ.) | |
|
Saħħa Umana u Attivitajiet ta' Xogħol Soċjali (Attivitajiet Mediċi, Kura tas-Snien, Kura Matul il-Jum, Kura tal-Anzjani, eċċ.) | |
|
Arti, Divertiment u Rikreazzjoni (Gambling, attivitajiet ta' divertiment, faċilitajiet sportivi, arti, eċċ.) | |
|
Attivitajiet ta' Servizzi Oħra (Hairdressing, tiswija, ħjata, eċċ.) |
|
IVA | |
|
LE |
|
IVA | |
|
LE |
|
IVA | |
|
LE |
|
Pajjiż fejn noqgħod | |
|
Pajjiż ospitant |
|
Pajjiż fejn toqgħod | |
|
Pajjiż Ospitant |
|
Pajjiż fejn toqgħod | |
|
Pajjiż Ospitant |
Esperjenza edukattiva | Xogħol voluntarju | Esperjenza oħra | Ebda esperjenza | |
X'esperjenza oħra għandek fil-qasam li fiha inti tixtieq intraprenditur? |
Inqas minn 1 sena | 1 - 3 snin | Aktar minn 3 snin | |
Kemm żmien qattajt f'din il-kariga? |
0 - 3 snin | Aktar minn 3 snin | |
Kemm żmien ilu li inti ksibt din l-esperjenza? |
Inqas minn sena | 1 - 3 snin | Aktar minn 3 snin | |
Kemm żmien qattajt f'din il-kariga? |
0 - 3 snin | Aktar minn 3 snin | |
Kemm żmien ilu li inti ksibt din l-esperjenza? |
Inqas minn 1 sena | 1 - 3 snin | Aktar minn 3 snin | |
Kemm żmien qattajt f'din il-kariga? |
0 - 3 snin | Aktar minn 3 snin | |
Kemm żmien ilu li ksibt din l-esperjenza? |
Edukazzjoni fil-pajjiż fejn toqgħod
Jekk jogħġbok agħżel il-livell ta' edukazzjoni mill-pajjiż fejn toqgħod
Ebda skola | 1-4 snin ta' edukazzjoni primarja | 5-8 snin ta' edukazzjoni primarja | 9-10 snin ta' edukazzjoni | Programm ta' skola sekondarja ogħla/Eżami Ogħla ta' Preparazzjoni | Edukazzjoni Vokazzjoni/ skola tas-snajja peż. negozju, bejgħ, kostruzzjoni, produzzjoni jew servizz. | Edukazzjoni Ogħla (an edukazzjoni li tirrikjedi skola sekondarja ogħla jew edukazzjoni vokazzjonali | |
Edukazzjoni fil-pajjiż ospitant
Jekk jogħġbok agħżel il-livell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż ospitant tiegħek:
Ebda skola fil-pajjiż ospitant | Ċertifikat ta' tagħlim għall-Adulti; Ċertifikat introduttorju tal-Malta College of arts Science and Technology: Ċertifikat fil-kompetenzi ewlenin; Ċertifikat ta' tmiem l-Iskola | Foundation tal- Institute of Tourism Studies; Ċertifikat tal-foundation tal-Malta College of arts Science and Technology; Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC) Grad 6-7 (Ċertifikat tal-Livell Ordinarju b'riżultati bejn 6 u 7) | Ċertifikat tas-sengħa mill-Institute of Tourism Studies; L-ewwel diploma mill-Malta College of arts Science and Technology; Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekonardja (SEC) Grad 1-5 (Ċertifikat tal-O Level b'riżultati bejn 1 u 5) | Diploma mill-Institute of Tourism Studies; Diploma Nazzjonali mill-Malta College of arts Science and Technology; Ċertifikat tal-Matrikola (A' level u eżami intermedju) | Diploma qabel il-gradwazzjoni (Korsijiet qosra fl-Università/korsijiet ta' baċellert mhux mitmuma b'ċertu ammont ta' krediti mitmuma); Diploma Ogħla mill-Institute of Tourism Studies; Diploma Nazzjonali Ogħla mill-Malta College of arts Science and Technology; | Baċellert fil-VET; Baċellerat | Master; Post Diploma ta' wara l-gradwazzjoni; Ċertifikat ta' wara l-gradwazzjon | Grad ta' Dottorat | |
Jekk jogħġbok agħżel il-kompetenzi tiegħek fl-oqsma tal-kitba, kif titkellem u fehim tal-lingwa tal-pajjiż ospitant tiegħek. It-tweġiba tiegħek trid tirrifletti l-livell ġenerali tal-lingwa.
A1 | A2 | B1 | B2 | C1 | C2 | |
Abbiltà fil-lingwa |
Jekk jogħġbok, ivvaluta l-abbiltajiet tal-programmi u funzjonijiet tal-Information and Communications Technology skont il-kategoriji taħt
M'inix sigur u irid għajnuna biex nuża dan it-tip ta' għodda. | Inħossni fiduċjuż biżżejjed u jien normalment insib is-soluzzjonijiet jien stess meta nuża din l-għodda. | Naħdem indipendentament u fiduċjuż u kapaċi ngħallem lill-ħaddieħor kif juża din l-għodda. | Ma nafx | |
Użu ta' programm ta' word processing, peż. Word, Pages, Writer, Google Docs eċċ | ||||
Użu ta' programmi ta' spreadheet, peż. Excel, Numbers, Calc, Google Sheets, eċċ. | ||||
Użu tal-internet biex insib informazzjoni | ||||
Użu ta' għodod ta' komunikazzjoni u midja soċjali, peż emejl, Facebook, LinkedIN, |
INTI GĦANDEK TESPANDI/TIFTAĦ/TIŻVILUPPA L-GĦARFIEN TIEGĦEK WARA KORS
INTI TISTA' TTEJJEB L-GĦARFIEN TIEGĦEK WARA KORS
PROSIT: L-GĦARFIEN TIEGĦEK HUWA AVVANZAT!
Dan li ġej huwa test ta' valutazzjoni tiegħek innifsek biex tivvaluta l-livell tiegħek ta' kreattività fl-imġieba ta' kuljum tiegħek.
Jekk jogħġbok wieġeb kull mistoqsija b'onestà u intuwizzjoni.
Qatt | Rari | Spiss | Dejjem | |
Meta jkolli problema fuq ix-xogħol, inħobb insib diversi soluzzjonijiet alternattivi possibbli. | ||||
Jekk ikolli biċċa xogħol ġdida nippreferi li nsegwi l-istruzzjonijiet b'attenzjoni biex nevita kwalunkwe problema. | ||||
Meta nara xi ħaġa stramba u mhux tas-soltu nippreferi li ma nkunx involut, biex nevita inkonvenjenza. | ||||
F'diskussjoni, jien nħobb nisma' l-ideat ta' ħaddieħor, anke jekk ma għandix/naqsamx l-istess ideat. | ||||
Meta l-affarijiet mhumiex ċari, nitlob spjega biex nifhem aħjar. | ||||
Meta jkolli nagħmel xogħol ripetittiv normalment infittex modi differenti biex intemm ix-xogħol (jew infittex metodu aktar mgħaġġel, metodu ġdid jew niżgura li jaqbel l-isforz). | ||||
Nippreferi nirraġuna bil-"loġika u razzjonalità" u nwarrab argumenti emozzjonali u impulsivi. | ||||
Inħobb sfidi ġodda - huma jimmotivawni biex nagħmel l-aħjar tiegħi. | ||||
Inħobb naħdem b'ideat ġodda. | ||||
Naqbel mal-istqarrija: "l-ikkuppjar huwa utli għax jippermetti l-innovazzjoni." | ||||
F'sitwazzjonijiet kumplessi jien immur għand l-esperti jew għand dawk li naħseb li huma esperti. | ||||
Biex nikkonvinċi lill-ħaddieħor li l-idea tiegħi hija tajba, jien lest li niġġieled għal dan, nispjega u nipprova l-valur tal-idea tiegħi. |
Qatt | Rari | Dejjem | Qatt | |
L-anarkija f'dożi żgħar, hija għodda b'saħħitha għall-innovazzjoni. | ||||
Nibda bċejjeċ ta' xogħol minghajr ma ntemmhom f'kollox. | ||||
Huwa impossibbli tkun kreattiv f'xogħol tal-uffiċċju. | ||||
Jekk nibdel ix-xogħol, nippreferi wieħed b'xogħol ta' rutina jew fejn naf liema xogħolijiet għandi nagħmel. | ||||
Meta jkun hemm sitwazzjonijiet kkumplikati fuq ix-xogħol nipprova ma naħsibx ħafna dwar dan. Minflok nuża l-intuwizzjoni tiegħi biex nsib soluzzjoni. | ||||
Ma nħobbx xogħol maniġerjali u ta' kontabilità. Huma jridu attenzjoni u żmien aktar minn xogħol strateġiku (peż. ippjanar, żvilupp). | ||||
Nippreferi l-fażi kreattiva tax-xogħol għaliex inkun nista' nikkopera ma' oħrajn biex nipproduċi ideat ġodda. | ||||
Nippreferi l-arti/umanitajiet milli xjenzi naturali/finanzjarji. | ||||
Jien naċċetta l-fatt li jista' jkun hemm modi alternattivi biex wieħed jikseb ir-riżultat meħtieġ. | ||||
Li tkun innovattiv fuq ix-xogħol hija limitazzjoni. Huwa aħjar li tiftiehem mal-bqija tal-grupp. | ||||
Meta nagħżel ristorant jew bar jien nippreferi mmur għand dawk li diġà naf għax naf x'ser nikseb. | ||||
Anke meta jkun hemm sitwazzjonijiet serji u kritiċi, nixtieq naħseb li hemm soluzzjoni possibbli. Biss trid tfittxiha. Ma tgħinx jekk titlef it-tama. | ||||
Naf napplika metodi u tekniki biex niżviluppa l-kreattività fuq ix-xogħol. |
Test żviluppat minn Mondini Gabriele, ibbażat fuq verżjoni onlajn minn Luca u Laura Varvelli (http://www.cambiolavoro.com).
L-erba' testijiet qosra li ġejjin ikejlu kif inti tinteraġġixxi ma' oħrajn u l-istil ta' komunikazzjoni tiegħek. Fost oħrajn dan ifisser:
1) il-kapaċità tiegħek li tkun determinat u konsistenti fil-kisba tal-għanijiet tiegħek
2) l-abbiltà li tilħaq l-għanijiet professjonali tiegħek meta jkunu involuti individwi oħra
3) l-abbiltà li tagħżel l-għanijiet tiegħek b'mod effettiv
4) l-abbiltà tegħek li ssib informazzjoni biex tappoġġja deċiżjonijiet relatati mal-għanijiet tiegħek
Jekk jogħġbok wieġeb sewwa u institivament kemm huwa possibbli bl-ewwel reazzjoni tiegħek għall-mistoqsija.
Għal kull mistoqsija wieġeb:
- VERU jekk matul diskussjonijiet jew laqgħat tax-xogħol inti taħseb jew taġixxi b'dan il-mod kull ħin;
- FALZ jekk matul diskussjonijiet jew laqgħat tax-xogħol inti rarament taħseb jew taġixxi b'dan il-mod.
Veru | Falz | |
Nista' nimpressjona lill-persuna li titkellem miegħi. | ||
Dak li jitkellem l-aktar huwa l-aktar b'saħħtu fid-diskussjoni. | ||
Naf li ser nirbaħ jekk ngħid xi ħaġa li sieħbi ma jkunx qed jistenna. | ||
L-argumenti finali tiegħi jħallu lill-oħrajn bla kliem. | ||
Naf kif inwassal l-ideat tiegħi. | ||
Inħossni komdu fid-diskussjonijiet. | ||
F'diskussjoni dejjem hemm rebbieħ u tellief. | ||
Ma nibżax nimbarazza lill-persuna l-oħra f'diskussjoni. | ||
Ma nibża' minn ħadd. | ||
Nieħu pjaċir bil-kontradizzjonijiet. | ||
Huwa neċessarju li tkun kapaċi tirrabja. | ||
F'diskussjoni rrid nirbaħ. |
Veru | Falz | |
Normalment niddefendi l-ideat tiegħi bi twemmin qawwi. | ||
Rarament inkun konfuż. | ||
Kapaċi niddefendi idea li magħha ma naqbilx. | ||
Ma għandi ebda preġudizzju kontra persuni li magħhom niddiskuti. | ||
Nipprova nifhem dak li l-persuna l-oħra trid tikseb. | ||
Kapaċi nesprimi ruħi li ma naqbilx u xorta nibqa' kalm. | ||
Inħossni komdu ngħid li ma fhimtx idea. | ||
Kapaċi nattira l-attenzjoni ta' oħrajn u sabiex persuni oħrajn jisimgħuni. | ||
Naf li kemm jien kif ukoll il-persuna li magħha nitkellem nistgħu nagħmlu żbalji. | ||
Niddefendi bil-qawwa l-ideat tiegħi. | ||
Ma nfittix kunflitti, iżda ma nibżax minnhom. | ||
Kapaċi nibdel l-opinjoni tiegħi mingħajr ma nħossni manipulat. |
Veru | Falz | |
Ta' spiss noħlom dwar ideat. | ||
Spiss ma nkunx irrid nitkellem anke jekk inkun nixtieq. | ||
Nippreferi ma nitkellimx dwar l-ideat tiegħi ma' ċerti persuni. | ||
Kultant ninsa dak li nkun ser nitkellem dwaru meta nkun qed nitkellem. | ||
Ma nieħux pjaċir inkun involut f'kunflitt u nipprova nevitah. | ||
Spiss noqgħod barra minn diskussjoni għaliex ma nafx kif niddefendi l-ideat tiegħi. | ||
Inħossni aħjar ma nkunx parti mid-dibattitu milli nidħol fi ġlieda. | ||
Nippreferi nkun sieket milli nirriskja li ngħid xi ħaġa stupida. | ||
Xi drabi nibża' nippreżenta idea li jiena nsib interessanti. | ||
Nixtieq nesprimi dak li jien inħoss b'aktar fiduċja. | ||
Anke meta nkun mistoqsi huwa diffiċli għalija li nispjega l-opinjoni tiegħi b'mod ċar. | ||
Fil-parti l-kbira tal-ħin nitkellem biss meta jkellmuni. |
Veru | Falz | |
Nevita l-kunflitt għax ma jwasslu mkien. | ||
Inħobb nuża argumenti konfliġġenti u/jew mhux mistennija. | ||
Ma ninkwetax jekk jaħsbuni iblah dment li nasal eqreb lejn l-għan tiegħi. | ||
Huwa neċessarju li nkun kapaċi niskoraġġixxi lil dawk li magħhom inkun qed nitkellem. | ||
Inħalli lill-ħaddieħor jitkellem biex nikseb informazzjoni dwaru. | ||
Tajjeb biex niddefendi punt li miegħu ma naqbilx. | ||
Xi drabi huwa utli li taġixxi kontra dak li taħseb li huwa tajjeb. | ||
Tista' tipperswadi persuni aktar meta tikkumplimentahom. | ||
Li titkellem l-ewwel huwa riskju mhux neċessarju. | ||
Li tqajjem argument bejn il-persuni l-oħra fid-diskussjoni huwa mod tajjeb kif tikseb kontroll ta' sitwazzjoni. | ||
Naf kif naħbi l-ideat tiegħi meta naf li ħaddieħor ma jaqbilx magħhom | ||
Mhuwiex dejjem xieraq li tgħid dak kollu li inti tkun qed taħseb. |
Test żviluppat minn Claudio Palumbo, ibbażat fuq it-test Shuler.
Hawn taħt inti tista' ssib sommarju tal-potenzjal tiegħek li ssir intraprenditur, ibbażat fuq it-tweġibiet tiegħek:
Inti għandek abbiltajiet tajba ferm biex issir intraprenditur. Aħna ninkoraġġuk li tkompli bix-xogħol tiegħek lejn dan l-għan.
Inti għandek abbiltajiet sodisfaċenti biex ssir intraprenditur. Aħna ninkoraġġuk li tkompli bix-xogħol tiegħek lejn dan l-għan.
Xogħol għal rasek/intraprenditur jista' ma jkunx il-karriera adattata għalik. Forsi li inti tikkunsidra li ssir intraprenditur mhijiex l-aħjar triq għalik jew jekk hemmx xi triq oħra biex taħdem fil-qasam li inti tħobb. Jekk huwa possibbli, inti għandek titkellem ma' konsulent, li jista' jagħtik il-parir dwar it-triq tiegħek.
Konsulent bħal dan jista' jkun (f'Malta - il-job centre, konsulent dwar in-negozju,. eċċ.)
Probabbilment inti għandek tevita li tidħol fl-intraprenditorija. Forsi inti għandek tikkunsidra jekk li ssir intraprenditur hijiex l-aħjar triq għalik jew hemmx triq oħra li fiha taħdem fil-qasam li inti tħobb. Jekk inti xorta għadek tixtieq issir intraprenditur, aħna nissuġġġerixxu li inti titkellem ma' konsulent, li jista' jagħtik parir dwar it-triq li għandek tieħu,
Dan il-konsulent jista' jkun (f'Malta - il-jobcentre, konsulent dwar in-negozju, eċċ.)
ESPERJENZA PREĊEDENTI:
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa: :
Agrikultura, Forestrija u Sajd (Tkabbir tal-uċuħ tar-raba', trobbija tal-annimali, sajd eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Manifattura (it-tipi kollha ta' produzzjoni)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Kostruzzjoni ( bini, mastrudaxxa, tiżbiegħ, elettriku, eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid ssir intraprenditur huwa:
Negozju bl-Ingrossa u bl-Imnut: Tiswija ta' Vetturi bil-mutur u Motoċikli (it-tipi kollha ta' attivitajiet ta' bejgħ ta' prodotti, peż. ħwienet, fornitur ta' prodotti, bejgħ u tiswija ta' vetturi bil-mutur, eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Trasport u ħażna (trasport ta' oġġetti, trasport ta' passiġġieri, servizzi ta'ħażna, eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Akkomodazzjoni u Attivitajiet ta' Servizzi tal-Ikel (Lukandi, akkomodazzjoni oħra, ristoranti, catering eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Informazzjoni u Komunikazzjoni (Servizzi tal-IT, pubblikazzjoni, produzzjoni bl-istampa u bil-ħoss, eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Attivitajiet Professjonali, Xjentifiċi u Tekniċi (servizzi ta' kontabilità, konsulenza dwar in-negozju, inġinerija, reklamar, eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Attivitajiet Amministrattivi u ta' Servizzi ta' Appoġġ (Attitivitajiet ta' kiri, tindif, sigurezza, eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Edukazzjoni (sports, skola tas-sewqa, attivitajiet ta'kors, eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Attitivitajiet dwar is-Saħħa Umana u Ħidma Soċjali (Attivitajiet Mediċi, Kura tas-Snien, Ħarsien tal-Anzjani eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Arti, Divertiment u Rikreazzjoni (Logħob tal-azzard, attivitajiet ta' divertiment, faċilitajiet sportivi, arti eċċ.)
Il-qasam li fih inti trid issir intraprenditur huwa:
Attivitajiet ta' Servizz Oħrajn ( Hairdressing, tiswija, ħjata, eċċ.)
Inti diġà għandek esperjenza ta' intraprenditur u inti indikajt li din l-esperjenza kienet ukoll fil-qasam li fih trid terġa' ssir intraprenditur. Dan hu tajjeb ferm! Inti diġa' taf l-affarijiet bażiċi li tkun intraprenditur u x-xogħol li jinkludi. Inti għandek ukoll tagħrif dwar il-qasam, li jista' jkun ta' użu kbir għalik fl-avventura l-ġdida tiegħek. Iżda anke jekk inti taf il-qasam tax-xogħol, xi affarijiet setgħu tbiddlu jew huma differenti minn dak li taf bħal kif tmur mal-klijent, kummerċjalizzazzjoni, eċċ.
Inti diġà għandek esperjenza bħala intraprenditur għalkemm f'qasam differenti minn dak li inti issa qed tippjana li tidħol fil-fih. Dan jagħtik bidu tajjeb biex tkun intraprenditur. Inti taf l-affarijiet bażiċi li tkun intraprenditur u x-xogħol li jinkludi. Inti jista' jkun li għandek esperjenzi minn xogħol ieħor li inti tista' tuża u għalhekk aħseb dwar il-kompetenzi u l-għarfien li inti għandek. Tkun idea tajba wkoll li tara sewwa l-qasam li inti trid tidħol fih f'dan il-pajjiż u għamel xi riċerka dwar dan.
Inti ma għandekx esperjenza preċedenti ta' intraprenditur, iżda inti indikajt li għandek esperjenza fil-qasam li fih inti tixtieq issir intraprenditur. Din hija ħaġa pożittiva. Madankollu, inti trid tikkunsidra l-kompetenzi meħtieġa biex tkun intraprenditur u ffoka biex titgħallem l-affarijiet bażiċi tal-intraprenditorija.
Inti trid tagħmel Unità 3 biex tikseb għarfien dwar kif tkun intraprenditur.
Inti m'għandekx esperjenza preċedenti bħala intraprenditur. Lanqas għandek esperjenza fil-qasam li fih inti tixtieq issir intraprenditur.
Aħna nirrakkomandaw li inti taqra b'attenzjoni dak li huwa meħtieġ biex issir intraprenditur (Unità 3 - Bidu tan-Negozju Tiegħek), il-leġiżlazzjoni u l-rekwiżiti (Unità 2 - Ħolqien ta' Negozju), u l-kultura tan-negozju fil-pajjiż (Unità 6 - Kultura, Lingwa, Komunikazzjoni u Netwerking).
Bosta esperjenza minn żmien qasir ilu
Bosta esperjenza minn żmien twil ilu
Ftit esperjenza minn żmien qasir ilu
Inti m'għandekx ħafna esperjenza, imma l-esperjenza li għandek ksibtha riċentement ħafna. Dan ifisser li l-għarfien li inti jista' jkollok għadu ċar f'moħħok. Madankollu biex twessa' l-kompetenzi u l-għarfien tiegħek, nirrakkomandaw li inti tqalleb il-materjal suġġerit sabiex tieħu aktar tagħrif.
Ikkunsidra li taqra sewwa l-unità dwar il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni (Unità 4) u l-materjal kulturali (Unità 5). Ikkunsidra wkoll l-aspetti leġiżlattivi (Unità 1) jekk l-esperjenza ksibtha f'pajjiż ieħor.
Ftit esperjenza minn żmien twil ilu
Ma tantx għandek esperjenza u ilu żmien li ksibtha. Aħna nirrakkomandawlek li tara l-materjal suġġerit bl-attenzjoni u ssaħħaħ l-għarfien tiegħek biex tkun żgur li inti mgħammar biex tibda n-negozju tiegħek.
Iffoka li tirrelata l-għarfien li inti tgħallimt mal-qasam li fih inti tixtieq taħdem u irrifletti dak li għandek tagħmel biex tikseb suċċess. Ikkunsidra li tara sewwa l-unità dwar il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni (Unità 4 u l-materjal kulturali (Unità 5). Ikkunsidra wkoll l-aspetti leġiżlattivi (Unità 1) jekk inti ksibt l-esperjenza f'pajjiż ieħor.
Inti indikajt li għandek esperjenza edukattiva fil-qasam.
Huwa tajjeb ħafna li inti għandek xi esperjenza fil-qasam barra l-esperjenza prattika tax-xogħol. Inti uża dak li tgħallimt u l-għarfien li ksibt u kkunsidra kif dan jista' jgħinek bħala intraprenditur ġdid fil-qasam. Forsi dan jista' jgħinek meta taqra dwar il-pjan tan-negozju, analiżi tas-swieq, eċċ.
Inti indikajt li għamilt xogħol voluntarju fil-qasam.
Huwa tajjeb ħafna li inti għandek xi esperjenza fil-qasam barra l-esperjenza prattika tax-xogħol. Inti uża dak li tgħallimt u l-għarfien li ksibt u kkunsidra kif dan jista' jgħinek bħala intraprenditur ġdid fil-qasam. Forsi dan jista' jgħinek meta taqra dwar il-pjan tan-negozju, analiżi tas-swieq, eċċ.
Inti indikajt li għandek esperjenza oħra li tista' tkun rilevanti.
Huwa tajjeb ħafna li inti għandek xi esperjenza fil-qasam barra l-esperjenza prattika tax-xogħol. Inti uża dak li tgħallimt u l-għarfien li ksibt u ikkunsidra kif dan jista' jgħinek bħala intraprenditur ġdid fil-qasam. Forsi dan jista' jgħinek meta taqra dwar il-pjan tan-negozju, analiżi tas-swieq, eċċ.
Ladarba inti m'għandek ebda esperjenza fil-qasam, nissuġġerulek li tikkunsidra jekk hemmx xi ħaġa li għaliha trid tagħti attenzjoni speċjali. Forsi tista' tibbenefika jekk titkellem ma' xi ħadd li huwa diġà intraprenditur. Jew forsi titkellem ma' konsulent dwar in-negozju jew konsulent, li jistgħu jgħinuk tiċċara dak li huwa meħtieġ u jekk dan huwiex verament l-aħjar qasam li inti tista' tidħol fih.
Il-pajjiż fejn toqgħod:
Ladarba l-esperjenza tiegħek ksibtha f'pajjiż ieħor, is-sistema u l-leġiżlazzjoni fil-pajjiż li qed tgħix fih issa jistgħu jkunu ferm differenti minn dak li taf. Dan ifisser li tkun idea tajba għalik li tinvestiga dak li huwa meħtieġ biex tiftaħ negozju hawnhekk. Ukoll, jekk inti ħdimt fil-qasam f'pajjiż ieħor,
Aħna nirrakkomandaw li inti tistudja b'attenzjoni Unità 1 - Ħolqien tan-Negozju u Unità 2 - Bidu tan-Negozju Tiegħek.
EDUKAZZJONI:
Edukazzjoni fil-pajjiż fejn toqgħod
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek mill-pajjiż fejn toqgħod huwa ebda skola.
Edukazzjoni fil-pajjiż fejn toqgħod
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek mill-pajjiż fejn toqgħod huwa 1-4 snin ta' edukazzjoni primarja.
Edukazzjoni fil-pajjiż fejn toqgħod
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek mill-pajjiż fejn toqgħod huwa 5-8 snin ta' edukazzjoni primarja.
Edukazzjoni fil-pajjiż fejn toqgħod:
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek mill-pajjiż fejn toqgħod huwa 9-10 snin ta' edukazzjoni primarja.
Edukazzjoni fil-pajjiż fejn toqgħod:
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek mill-pajjiż fejn toqgħod huwa programm ta' skola sekondarja ogħla/eżami preparatorju ogħla.
Edukazzjoni fil-pajjiż fejn toqgħod
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż fejn toqgħod huwa edukazzjoni vokazzjoni/skola tas-snajja, peż. sengħa, bejgħ, kostruzzjoni, produzzjoni jew servizz.
Edukazzjoni fil-pajjiż fejn toqgħod
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż fejn toqgħod huwa edukazzjoni ogħla (edukazzjoni li tirrikjedi skola sekondarja ogħla jew edukazzjoni vokazzjonali).
Edukazzjoni fil-pajji ospitant
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajji ospitant huwa ebda skola fil-pajji ospitant.
Edukazzjoni fil-pajjiż ospitant
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż ospitant tiegħek huwa ċertifikat ta' edukazzjoni għall-adulti; Ċertifikat introduttorju mill-Malta College of Arts Science and Technology; Ċertifikat ta' kompetenzi ewlenin; Ċertifikat ta' tmiem l-iskola.
Dan ifisser li inti suppost għandek għarfien suffiċjenti tal-lingwa, l-ICT (Information and Communication Technology) u l-matematika biex issir intraprenditur.
Edukazzjoni fil-pajjiż ospitant
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż ospitant tiegħek huwa
Institute of Tourism Studies foundation; Malta College of Arts Science and Technology foundation certificate; Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondrja (SEC) Grad 6-7 (Ċertifikat tal-O Level b'riżultati bejn 6 u 7).
Dan ifisser li inti suppost għandek għarfien suffiċjenti tal-lingwa, l-ICT (Information and Communication Technology) u l-matematika biex issir intraprenditur.
Edukazzjoni fil-pajjiż ospitant
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż ospitant tiegħek huwa Ċertifikat ta' sengħa mill-Institute of Tourism Studies; L-ewwel diploma mill-Malta College of Arts Science and Technology; Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC) Grad 1-5 (Ċertifikat tal-O Level b'riżultati bejn 1 u 5).
Dan ifisser li inti suppost għandek għarfien suffiċjenti tal-lingwa, l-ICT (Information and Communication Technology) u l-matematika biex issir intraprenditur.
Edukazzjoni fil-pajjiż ospitant
Inti indikajt li l-livell tal-edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż ospitant tiegħek huwa
Diploma mill-Institute of Tourism Studies; Diploma Nazzjonali mill- Malta College of Arts Science and Technology; Ċertifikat tal-Matrikola (Eżami tal- 'A' level u intermedju).
Edukazzjoni fil-pajjiż ospitant
Inti indikajt lil-liell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż ospitant tiegħek huwa diploma ta' qabel il-gradwazzjoni (Korsijiet qosra fl-università/korsijiet ta' baċellerat mhux mitmuma b'ċertu ammont ta' krediti lesti); Diploma Ogħla mill-ITS; Diploma Nazzjonali Ogħla mill-Malta College of Arts Science and Technology; Diploma Ogħla.
Dan ifisser li inti suppost għandek għarfien suffiċjenti tal-lingwa, l-ICT (Information and Communication Technology) u l-matematika biex issir intraprenditur.
Edukazzjoni fil-pajjiż ospitant
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż ospitant huwa Baċellerat fil-VET; Baċellerat.
Dan ifisser li inti suppost għandek għarfien suffiċjenti tal-lingwa, l-ICT (Information and Communication Technology) u l-matematika biex issir intraprenditur.
Edukazzjoni fil-pajjiż ospitant
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż ospitant huwa Master; Diploma wara l-Gradwazzjoni; Ċertifikat wara l-Gradwazzjoni.
Dan ifisser li inti suppost għandek għarfien suffiċjenti tal-lingwa, l-ICT (Information and Communication Technology) u l-matematika biex issir intraprenditur.Edukazzjoni fil-pajjiż ospitant
Inti indikajt li l-livell ta' edukazzjoni tiegħek fil-pajjiż ospitant huwa Grad ta' Duttur.
Dan ifisser li inti suppost għandek għarfien suffiċjenti tal-lingwa, l-ICT (Information and Communication Technology) u l-matematika biex issir intraprenditur.
PROFIĊJENZA FIL-LINGWA:
INTI TRID ITTEJJEB L-GĦARFIEN TIEGĦEK TAL-LINGWA WARA KORS
Aħna nagħtuk il-parir li ttejjeb l-lingwa tiegħek qabel ma tibda bħala intraprenditur. Li tkun intraprenditur ifisser ħafna formoli u informazzjoni miktuba, u inti jkun jeħtieġlek li tkun kapaċi li tikkomunika mal-klijenti tiegħek.
Hemm diversi modi kif inti tista' titħarreġ fil-lingwa - inti tista' tmur f'ċentru uffiċjali ta' taħriġ, tieħu kors onlajn jew tingħaqad ma' xi attivitajiet voluntarji għat-tagħlim tal-lingwa. Ikkonsulta Unità 5 tal-materjali ta' taħriġ.
INTI TRID TIRRINFRESKA L-GĦARFIEN TAL-QARI, TAL-KITBA U TAS-SMIEGĦ AKTAR
Inti tidher li għandek għarfien bażiku tajjeb tal-lingwa. Inti kapaċi tikkomunika tajjeb biżżejjed biex tkun intraprenditur.
Madankollu, nissuġġerixxu li inti tkompli ttejjeb il-ħiliet tiegħek. Hemm diversi modi kif tagħmel dan. Ikkonsulta Unità 5 tal-materjali ta' taħriġ.
PROSIT - IL-PROFIĊJENZA TIEGĦEK FIL-LINGWA HIJA AVVANZATA
Inti għandek għarfien tajjeb tal-lingwa, fil-qari, smiegħ u kitba. Dan ser jgħinek fit-triq tiegħek biex tiftaħ in-negozju.
ĦILIET FIL-KOMPJUTER:
ICT:
L-għarfien tiegħek fil-kompjuters u l-programmi huwa bażiku ħafna, u huwa rrakkomandat li inti ssegwi korsijiet addizzjonali biex ittejjeb il-kompetenzi tiegħek.
ICT:
Inti tidher li għandek għarfien mhux ħażin tal-kompjuters u kif tuża d-diversi programmi tal-uffiċċju, midja soċjali u kif tfittex l-informazzjoni. Potenzjalment inti tista' tibbenefika jekk tieħu korsijiet addizzjonali.
ICT:
L-għarfien tiegħek tal-kompjuters, l-internet, il-midja soċjali u affarijiet simili, jidher li aktar milli suffiċjenti għall-ħteġijiet preżenti tiegħek.
KOMPETENZI EWLENIN:
KREATTIVITÀ
Għalik il-kreattività hija irritanti
Profil mit-test: Inti ma tara ebda opporunità mill-kreattività. Inti tevita sitwazzjonijiet fejn inti trid tkun kreattiv. Inti tippreferi taħdem b'mod strutturat u loġiku. Inti ma tħobbx sitwazzjonijiet li jinbidlu ħafna jew il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.
Il-kreattività hija kompetenza importanti bħala intraprenditur, b'mod speċjali fl-oqsma ta:
Jekk inti qed tikkunsidra li tiftaħ negozju f'xi wieħed minn dawn l-oqsma, forsi inti tikkunsidra li ttejjeb il-kompetenzi tiegħek fil-kreattività. Irrifletti liema huma l-punti dgħajfa tiegħek rigward il-kreattività u fejn joħolqu tfixkil għalik. Ipprova nfetaħ aktar għal sitwazzjonijiet ġodda u sib strateġiji biex timmanuvra f'ambjenti li jinbidlu. Forsi tipprova tinvolvi lil xi ħadd li taf, li jista' jagħtik xi tagħrif dwar il-kreattività jew perspettivi differenti dwar l-affarijiet.
Għalik il-kreattività hija dover
Profil mit-test: Inti tippreferi impjieg fejn inti taf liema xogħolijiet tagħmel u fejn inti rarament trid tkun kreattiv. Madankollu, meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, inti kapaċi ssib soluzzjonijiet alternattivi. Inti tista' tiviluppa l-kreattività tiegħek billi tkun aktar flessibbli.
Il-kreattività hija kompetenza importanti bħala intraprenditur, b'mod speċjali fl-oqsma ta':
Għalik il-kreattività hija neċessarja
Profil mit-test: Il-kreattività mhijiex problema għalik iżda ta' spiss hija neċessarja. Li tagħmel affarijiet f'modi ġodda huwa valur u kultant neċessità. Inti temmen li kultant is-soluzzjoni trid tinstab f'dak "li mhux magħruf". Inti kapaċi li ssib bilanċ bejn proċeduri fissi u miftuħ għall-alternattivi. Oqgħod attent li inti trid tkun eżatt meta tagħmel xogħol ta' rutina.
Il-kreattività hija kompetenza importanti bħala intraprenditur, b'mod speċjali fl-oqsma ta':
Jidher li inti għandek kompetenzi tajbin li tkun kreattiv. Inti taf meta għandek tapplika l-ideat kreattivi tiegħek u tagħmel l-affarijiet f'modi ġodda. Ftakar sabiex iżomm bilanċ bejn il-kreattività u r-rutina.
Għalik il-kreattività hija pjaċir
Profil mit-test: Inti għandek ħafna ideat u dejjem lest li ssib ispirazzjonijiet, ideat u proġetti ġodda. Inti trid li tkun f'ambjent li jistimula l-kreattività u l-fantasija tiegħek, altrimenti inti tiddejjaq u ma tħossx li inti apprezzat. Iżda jekk jogħġbok agħti attenzjoni, l-intuwizzjoni hija neċessarja iżda mhux biżżejjed!.
Il-kreattività hija kompetenza importanti b'mod speċjali fl-oqsma ta':
Inti għandek kwalitajiet mill-aqwa biex tkun kreattiv. Dan jista' jkun ta' għajnuna kbira biex tistabbilixxi n-negozju ġdid tiegħek. Madankollu, ftakar ukoll li tkun intraprenditur jinvolvi bosta xogħol ta' rutina li jrid jsir.
AGGRESSIVITÀ
LIVELL BAXX ĦAFNA
LIVELL BAXX:
Ir-riżultati juru li mhux dejjem inti determinat f'diskussjoni u meta titkellem ma' ħaddieħor. Xi drabi m'intix konsistenti meta taħdem lejn l-għan tiegħek.
LIVELL: EĊĊELLENTI
Ir-riżultati juru li inti determinat ħafna f'diskussjoni mingħajr ma tibbulluwja lill-ħaddieħor. Inti konsistenti meta tipprova tilħaq l-għan tiegħek u tipprova tibqa' iffokat meta tinvolvi lil ħaddieħor.
LIVELL: GĦOLI
Ir-riżultati juru li għandek tendenza żgħira li tiżvaluta u ftit tikkunsidra azzjonijiet ta' persuni oħra. Xi drabi jista' jkollok ħsibijiet negattivi dwar ħaddieħor minflok lejn l-azzjonijiet tal-persuna l-oħra.LIVELL: GĦOLI ĦAFNA
Ir-riżultati juru li għandek tendenza kbira li tiżvaluta u ftit tikkunsidra azzjonijiet ta' persuni oħra. Xi drabi jista' jkollok ħsibijiet negattivi dwar ħaddieħor minflok lejn l-azzjonijiet tal-persuna l-oħra.
Mit-test dwar l-aggressività , inti tgħallimt kif inti taġixxi meta tiddiskuti ma' ħaddieħor. Dan jista' jkun importanti f'xi negozji. Huwa importanti li jkollok tendenza baxxa/baxxa ħafna lejn l-aggressività. Dan huwa l-każ fl-oqsma li ġejjin:
Jekk inti trid issir intraprenditur f'xi wieħed minn dawn l-oqsma, u inti ġġib skorr kbir jew kbir ħafna fit-test, inti jkollok bżonn tagħmel attenzjoni lejn il-mod kif tinteraġġixxi ma' oħrajn, u kun żgur li tisma' wkoll l-argumenti tagħhom u mhux tiddomina ħafna d-diskursata.
LI TKUN ASSERTIV
LIVELL: BAXX ĦAFNA
It-test juri li inti għandek abbiltajiet dgħajfa biex taħdem lejn l-għan tiegħek mingħajr ma tweġġa' lil ħaddieħor, u għandek tendenza li mhux dejjem tirrispetta d-drittijiet ta' kulħadd u tkun responsabbli lejn il-persuni involuti. Inti għandek diffikultajiet biex tagħmel l-għażliet tiegħek u tieħu responsabbiltà għalihom.
LIVELL: BAXX
It-test juri li inti għandek tendenza moderata biex taħdem lejn l-għan tiegħek mingħajr ma tweġġa' lil ħaddieħor, u xorta tirrispetta d-drittijiet ta' kulħadd u tkun responsabbli lejn il-persuni involuti. Inti għandek diffikultajiet biex tagħmel l-għażliet tiegħek u tieħu responsabbiltà għalihom.
LIVELL: SUFFIĊJENTI
It-test juri li inti għandek tendenza tajba biex taħdem lejn l-għan tiegħek mingħajr ma tweġġa' lil ħaddieħor, u tagħti attenzjoni dwar kif tirrispetta lil ħaddieħor u tkun responsabbli. Inti għandek tendenza li tagħmel l-għażliet tiegħek u tieħu taħdem b'responsabbiltà lejhom.
LIVELL: TAJJEB
It-test juri li inti għandek abbiltajiet tajbin biex taħdem lejn l-għan tiegħek mingħajr ma tweġġa' lil ħaddieħor, iżda xorta tirrispetta d-drittijiet ta' kulħadd u tkun responsabbli lejn il-persuni involuti. Inti għandek l-abbiltà li tagħmel l-għażliet tiegħek u taħdem b'responsabbiltà lejhom.
LIVELL: EĊĊELLENTI
It-test juri li inti għandek abbiltajiet kbar biex taħdem lejn l-għan tiegħek mingħajr ma tweġġa' lil ħaddieħor, iżda xorta tirrispetta d-drittijiet ta' kulħadd u tkun responsabbli lejn il-persuni involuti. Inti eċċellenti biex tagħmel l-għażliet tiegħek u taħdem b'responsabbiltà lejhom.
Mit-test dwar kif tasserixxi ruħek inti tgħallimt xi ħaġa dwar it-tendenza tiegħek li taħdem lejn l-għan tiegħek b'mod responsabbli.
Din tista' tkun ħila importanti meta tibda negozju f'xi oqsma. Livell għoli ta' kif tasserixxi ruħek huwa vantaġġ fl-oqsma li ġejjin:
KONTROLL
LIVELL: BAXX ĦAFNA
Ir-riżultat tiegħek juri li għandek tendenza li żżomm kollox taħt kontroll u li m'intix kapaċi terħi minn idejk il-kontroll ta' ċerti xogħolijiet. Minħabba dan inti issibha diffiċli li tikseb l-għanijiet tiegħek. Inti għandek tendenza li jkollok diffikultajiet li tissepara xogħolijiet urġenti/għanijiet issa, ma' għanijiet futuri li jistgħu jiġu ppjanati bil-quddiem. Dan jista' jwasslek sabiex ikollok bosta skadenzi u jkollok problemi li isiru x-xogħolijiet li għandek.
LIVELL BAXX
Ir-riżultat juri li inti tista' ssibha diffikultà li tipprijorizza l-għanijiet u jista' li jkun li mhux dejjem tkun kapaċi tiddistingwi bejn affarijiet urġenti/ta' issa u affarijiet mhux urġenti. Dan jista' xi drabi jwassal lejn sitwazzjoni ta' stress, fejn tħoss li ma tistax tagħmel l-affarijiet.
LIVELL: EĊĊELLENTI
Ir-riżultat tiegħek juri li inti tajjeb ferm biex tipprijoritizza l-għanijiet tiegħek bl-aħjar mod u tista' tiddistingwixxi bejn affari urġenti (issa) u affarijiet mhux urġenti (fit-tul).
LIVELL: GĦOLI
Ir-riżultat tiegħek juri li inti kultant issibha diffiċli biex tlesti x-xogħol ta' kuljum tiegħek u tilħaq l-għanijiet tiegħek. Madankollu, inti tista' taħdem biex ittejjeb dan. Inti tista' taħdem biex tagħmel struttura li tgħinek tilħaq l-għanijiet tiegħek b'mod realistiku.
LIVELL GĦOLI ĦAFNA
Ir-riżultat juri li issibha diffiċli biex tlesti x-xogħol tiegħek ta' kuljum u tilħaq l-għanijiet tiegħek. Inti trid taħdem biex ittejjeb dan. Inti tista' taħdem biex tagħmel struttura li tgħinek tilħaq l-għanijiet tiegħek b'mod realistiku.
Mit-test tal-passività/kontroll inti tgħallimt xi ħaġa dwar kif tieħu ħsieb xogħol u għanijiet meta huma urġenti u meta huma għat-tul.
F'xi oqsma tan-negozju, jista' jkun ta' vantaġġ li jkollok tendenza baxxa/baxxa ħafna lejn il-passività - dawn l-oqsma huma:
Manipulazzjoni
LIVELL: BAXX ĦAFNA
Dan ir-riżultat juri l-abbiltà qawwija tiegħek li "tagħmel l-affarijiet int" mingħajr ebda għajnuna minn persuni oħra u li taġixxi bit-tmexxija/inizjattiva/ħidma tiegħek.
LIVELL: BAXX
Dan ir-riżultat juri t-tendenza moderata tiegħek li "tagħmel l-affarijiet int", mingħajr ebda għajnuna minn persuni oħra, it-tendenza tiegħek li ma tiddelegax u tfittex informazzjoni skarsa biex ssostni d-deċiżjonijiet tiegħek.
Dan ir-riżultat juri kif inti għandek abbiltà medja biex taħdem fuq l-inizjattiva/xewqa/abbiltà mingħajr ma tistaqsi għal għajnuna minn ħaddieħor.
LIVELL: EĊĊELLENTI!
Dan ir-riżultat juri li inti kapaċi taħdem fuq l-inizjattiva/abbiltà/ħidma tiegħek iżda taf ukoll meta taċċetta għajnuna minn persuni oħra.
LIVELL: GĦOLI
Dan ir-riżultat juri li waqt li inti għandek abbiltà medja biex tassenja x-xogħol, inti xi drabi tiddependi ħafna fuq għajnuna minn ħaddieħor u bosta informazzjoni biex issostni d-deċiżjoni tiegħek.
LIVELL: GĦOLI ĦAFNA
Dan ir-riżultat juri li waqt li inti kapaċi tassenja xogħolijiet inti għandek it-tendenza li titlob ħafna għajnuna u tfittex ħafna informazzjoni biex issostni d-deċiżjonijiet tiegħek.
Minn test fuq il-manipulazzjoni inti tgħallimt xi ħaġa dwar kif tagħmel ix-xogħol u tilħaq l-għanijiet fejn huma urġenti u meta huma fuq żmien twil.
F'xi oqsma ta' negozju, jista' jkun ta' vantaġġ li jkollok tendenza baxxa/baxxa ħafna lejn il-manipulazzjomni. Dawn huma:
Jekk inti ġibt punti għolja jew għolja ħafna, inti għandek taħdem sabiex tkun aktar indipendenti u mhux toqgħod ħafna fuq oħrajn għad-deċiżjonijiet tiegħek.