Introduzjoni
L-abbiltà li tikkomunika l-informazzjoni b'effettività lill-udjenza tiegħek, hija vitali għas-suċċess tan-negozju tiegħek. Din l-unità ta' taħriġ tgħinek biex tidentifika l-istili ta' komunikazzjoni differenti, biex tiddetermina l-istil ta' komunikazzjoni preferit tiegħek, tifhem il-ħiliet differenti għal komunikazzjoni effettiva u tibni jew ittejjeb ir-relazzjoni tan-negozju tiegħek. Hija tipprovdi wkoll pariri prattiċi għal komunikazzjoni verbali u mhux verbali għal preżentazzjonijiet virtwali jew fiżiċi u tagħti informazzjoni dwar il-prepazzjoni u l-komunikazzjoni tal-messaġġ tiegħek permezz tal-kanal korrett ta' komunikazzjoni.
L-unità ser tidentifika ċ-ċentri u organizzazzjonijiet tal-lingwa li joffru lezzjonijiet tal-lingwa lokali f'kull pajjiż sieħeb.
Barra minn dan, hija tgħinek tiżviluppa fehim akbar dwar l-importanza tan-netwerking u l-bini tar-relazzjonijiet. Partikularment, hija tipprovdi informazzjoni dwar il-metodi ta' netwerking differenti bil-għan li tgħinek tifhem kif topera fi ħdan u ssostni netwerk għas-sħubija.