Introduzzjoni
Is-suċċess tan-negozju tiegħek normalment jiddependi fuq il-pjan ta' kummerċjalizzazzjoni tiegħu. Mingħajr kummerċjalizzazzjoni, in-negozju tiegħek jista' ma jilħaqx il-potenzjal sħiħ tiegħu anke jekk huwa joffri l-aħjar prodotti jew servizzi fl-industrija.
F'din it-taqsima, jiġu esplorati l-attivitajiet essenzjali tal-kummerċjalizzazzjoni meħtieġa għall-bini ta' suċċess tan-negozju flimkien mal-kanali ta' komunikazzjoni li jistgħu jwasslu messaġġi ta' kummerċjalizzazzjoni. Barra dan, ikunu esplorati wkoll il-kunċett tal-marka tal-prodott (branding) u l-proċess li tiżviluppa l-marka tiegħek.
Finalment, dan il-programm ta' taħriġ jgħinek biex tiżviluppa l-istili u t-tekniki ta' bejgħ tiegħek bl-istudju tal-ħiliet, tekniki u stili ta' bejgħ ta' persuni li jaħdmu fil-qasam tal-bejgħ.