Introduzzjoni
Waħda mill-akbar sfidi importanti quddiem intraprendituri ġodda hija l-kisba tal-fondi. Hemm diversi tipi u sorsi ta' fondi disponibbli għall-intraprendituri, kemm jekk biex ikopru l-ispejjeż biex jibdew jew biex jiffinanzjaw it-tkabbir u l-iżvilupp tan-negozju. Parikularment, l-unità tesplora l-opportunitajiet ta' fondi disponibbli fuq livell lokali u tal-UE billi tfisser il-kategoriji ta' finanzjament ewlenin. Fl-istess ħin hija tesplora l-għażliet ta' finanzjament li għandhom l-għan li jgħinu immigranti biex jibdew in-negozju tagħhom.
Barra dan, hija tipprovdi l-informazzjoni dwar l-elementi bażiċi tal-ippjanar tal-maniġment finanzjarju inklużi l-istqarrijiet finanzjarji u r-rekwiżiti regolatorji nazzjonali għall-irrapportar finanzjarju.