Introduzzjoni
Il-bidu ta' negozju ġdid jista' jkun esperjenza kemm eċċitanti kif ukoll tal-biża. Hemm bosta affarijiet prattiċi x'wieħed jikkunsidra bħal jekk għandux ikun servizz jew prodott, il-post u d-daqs tan-negozju, l-impjegati, eċċ.
Din l-unità tibda billi tipprovdi informazzjoni dwar kif tipproduċi u tiżviluppa servizz ta' prodott, l-identifikazzjoni tal-proċess ta' produzzjoni u tagħti informazzjoni dwar l-elementi differenti tal-proċess produttiv. Barra minn hekk, tipprovdi informazzjoni dwar kif tmexxi riċerka tas-suq billi tesplora attivitajiet li jkollhom l-għan li jgħinuk tiddokumenta u tiżviluppa l-idea tan-negozju tiegħek. Barra dan, tipprovdi informazzjoni dwar kif tikkontrolla l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-benefiċċji u tagħti informazzjoni dwar l-aspetti differenti tal-immaniġġjar finanzjarju.
Barra minn hekk, hija għandha l-għan li tkabbar l-għarfien tal-persuna dwar l-irwol tar-Riżorsi Umani u kif l-irwol tagħhom huwa vitali għat-tkabbir tal-organizzazzjoni. Barra dan, hija tipprovdi informazzjoni kif timmaniġġja u torganizza r-Riżorsi Umani kif ukoll pariri prattiċi kif tiżviluppa deskrizzjoni ta' impjieg, tirrekluta u żżomm l-impjegati.